nadurjana.com "In-Nadur l-Ghaxqa ta' Ghawdex" Kan. Gian Piet Agius De Soldanis |
MNARJA 2007 |
FEAST OF ST. PETER AND ST. PAUL
KINGS PARK - MELBOURNE - AUSTRALIA
PROUDLY PRESENTED BY THE ORDER OF ST. PETER AND ST. PAUL INC.
PROGRAMME Sunday 1 st. July 2007: Feast Day 2.30 p.m. Commencement of the festivity with a procession from the Parish Hall to the church, with the participation of Knights and Dames of several Orders, Mayors, Members of Federal and State Parliaments and other guests. In the church the Rev. Fr. Raymond Bugeja will start the celebration with a Solemn Mass, accompanied by the Wyndham Maltese Choir under the Director Yvonne Caruana. After the Gospel, Fr. Bugeja will do the panegyric on the Princes of the Apostles St. Peter and St. Paul. After the panegyric seven community leaders will be anointed new Knights and Dames to the Order of St. Peter and St. Paul. 4.00 p.m. Procession from the church to the Parish Hall with the participation of the Knights and Dames of the Order of St. Peter and St. Paul, Italian Orders and Associations and the guests. The St. Albans Melita Band Inc. will accompany the procession. In the Hall the St. Albans Melita Band Inc. will play a programme of popular pieces of music. After the band, Vicky Cini.will continue with DJ. music. Refreshments will be available in the Parish Hall. PROUDLY SUPPORTED BY:
|
FL-OKKAŻŻJONI TA’ L-ERBGĦIN ANNIVERSARJU MILL-GĦOTI TAL-ĠIEĦ TA’ BAŻILIKA
X’INHI L-BAŻILIKA? Kitba ta’ Anton Said Erbgħin sena ilu, eżatt nhar is-26 ta’Ġunju 1967, il-Papa Pawlu VI, permezz tal-Bolla Appostolika li jġib l-ewwel kelmiet “Romae Parentibus” – “Lil Dawk li Nisslu lil Ruma”, għolla t-Tempju Monumentali tan-Nadur għad-dinjita` ta’ Bażilika Minuri. Ġieħ li għaqqad lil dan it-Tempju mal-familja kbira ta’ knejjes oħra Bażiliċi mxerrda madwar id-dinja kollha. Tempji li lkoll għandhom rabta komuni bejniethom, dik ta’ għaqda speċjali mal-Papa, Suċċessur ta’ San Pietru. Pero` x’nifhmu meta ngħidu Bażilika?, u aħna n-Nadurin, li tant inħobbu l-Bażilika tagħna, x’nafu dwarha? Kif żviluppa dan il-kunċett? u x’sostenn għandu dan il-ġieħ fid-dinja ta’llum? Fuq kollox x’benefiċji spiritwali hemm għall-insara li jżuru u jitolbu f’xi knisja li hi Bażilika? Ritratt: Tfal u zaghzah Nadurin waqt carcade li sar madwar Ghawdex, fuq l-ahbar sabieha li il-Bazilika giet moghtija lill-knisja monumentali, Kolleggjata, Insinji u Arcipretali tan-Nadur, il-Hadd 25 ta' Gunju, 1967 ghal habta tass-siegha ta' wara nofs in-nhar STORJA L-ORIĠINI TAL-BAŻILIKA Il-kelma Bażilika li hi kelma Latina, oriġinat mil-lingwa griega li tfisser ‘Dar Irjali’. Il-palazz irjali, Basilike` Stoa` tar-Re Archon, mibni
Ritratt: In-Nadurin ingabru fil-pjazza wara li nxterdet l-ahbar li il-knisja giet moghlija ghad-dinjita ta' Bazilika.
L-EQDEM BAŻILIĊI KRISTJANI L-eqdem Bażilika Kristjana hi dik ta’ San Ġwann fil-Lateran. Hija “L-Omm u r-Ras tal-Knejjes kollha tad-dinja”. Din il-Bażilika kienet teżisti fis-sena 314 w.K. Kien fuq xewqa tal-Papa Milzjade (311-314 w.k.) li f’fik is-sena, l-Imperatur Kostantinu kien offra l-proprjeta` tal-familja Plauzi Laterani fil-kwartier magħruf bħala Equites Singulares fil-belt ta’ Ruma, biex tkun tista` tinbena l-knisja mixtieqa. Fis-sena 324 w.K. din il-Bażilika, flimkien mal-Palazzi Lateranensi bieb ma’ bieb magħha, ġew ikkonsagrati mill-Papa Silvestru I. (314-335 w.K) Il-Bażilika Lateranensi li hi ddedikata lis-Santissmu Salvatur, hi ukoll il-Katidral tal-Belt ta’ Ruma, fejn il-Papa, bħala Isqof tal-Belt, għandu l-Kattedra tiegħu. Fit-23 ta’ Jannar 1372 il-fdalijiet ta’ l-irjus ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl tpoġġew għall-ewwel darba għall-qima f’din il-Bażilika. Kien f’dan iż-żmien li l-Papa Girgor XI (1370-1378), permezz tal-Kostituzzjoni “Super Universa” iddikjara din il-Bażilika bħala l-ewwel fost il-knejjes kollha tad-dinja. Minħabba l-pożizzjoni privileġġjata li tgawdi, il-Kattedra tal-Lateran hi l-unika knisja li għandha t-titlu ta’ Arċibażilika. Fl-istess żmien li ġiet ikkonsagrata, fuq l-għolja tal-Vatikan kienet qed tinbena Bażilika oħra, dik ta’ San Pietru. Kien wara s-sena 313 w.K. li l-Imperatur Kostantinu ta bidu għal din l-Bażilika fuq il-Qabar ta’ San Pietru. Il-Bażilika Vatikana ġiet ikkonsagrata mill-istess Papa fit-18 ta’ Novembru 326 w.K. Il-Papa Silvestru I, fis-sena 324 w.K. talab ukoll lill-istess Imperatur biex fuq il-qabar ta’ l-Appostlu Pawlu, fi triq Ostiense, tinbena Bażilika oħra f’ġieħu. Il-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura hi meqjusa bħala t-tielet l-eqdem fost il-Bażiliċi ta’ Ruma. Ftit taż-żmien wara, fis-sena 330 w.K. l-Imperatur Kostantinu kkummissjona l-bini tal-Bażilika ta’ San Lorenzo Fuori le Mura. Din il-Bażilika twaqqfet fuq il-post fejn kienu jinsabu l-fdalijiet tal-qaddis. F’dan il-perjodu f’Ruma bdew jitwaqqfu numru ta’ Bażiliċi. Fost dawn, l-aktar waħda li bdiet tingħata importanza hija dik ta’ “Santa Maria ad Neves” (tas-Silġ). Tradizzjoni tgħid li darba waqt il-Pontifikat tal-Papa Liberju (352-366) fil-lejl tal-5 ta’ Awissu, il-Verġni Marija indikat lill-Papa, biex fuq waħda mill-għoljiet ta’ Ruma, dik magħrufa bħala Esquilino, tinbena knisja f’ġieħha. Jingħad li l-Papa Liberju matul dan il-lejl ra din l-għolja miksija bis-silġ. Xi ħaġa staordinarja għax-xhur sħan tas-sajf. Minnufih il-Papa Liberju ta bidu għall-bini ta’ dan it-tempju ddedikat lill-Vergni Marija Omm Alla. Il-Bażilika Liberiana, kif inhi magħrufa, maż-żmien bdiet tissejjaħ bħala Santa Maria Maggiore peress li hija kienet l-akbar waħda u l-aktar importanti fost il-knejjes kollha tal-belt iddedikati lill-Verġni Marija. Ma’ dawn l-Bażiliċi f’Ruma nsibu madwar ħdax-il Bażilika oħra li jissejħu Bażiliċi Paleokristjani: li mhumiex għajr knejjes qodma li twaqqfu fuq katakombi u oqbra ta’ l-ewwel martri tal-knisja.
IL-BAŻILIĊI JIBDEW JIKSBU L-IMPORTANZA TAGĦHOM, Fir-raba` seklu, il-ħames ċentri l-aktar importanti tal-kristjaneżmu ġew fdati f’idejn it-tmexxija tal-Patrijarka. X’kien il-Patrijarka u x’responsabilita’ kellu? Il-Patrijarka kien dak li f’isem il-Papa kien responsabbli mit-tmexxjia tat-territorju fdat lilu. Il-Bażiliċi l-aktar importanti ta’ Ruma kellhom sehem kbir f’dan il-patrijarkat. Dawn kienu ġew assenjati lil kull Partijarka maħtur li kellu għad-dispożizjoni tiegħu Bażilika għall-użu ta’ dmirijietu meta jkun Ruma. Il-Bażilika ta’ San Ġwann fil-Lateran ġiet assenjata lill-Papa bħala Patrijarka tal-Punent. Dik ta’ San Pietru fil-Vatikan ġiet assenjata lill-Patrijarka ta’ Kostantinopli, filwaqt li l-Bażilika ta’ San Paolo Fuori Le Mura ġiet assenjata lil dak ta’ Lixandra. Il-patrijarkat ta’ Antijokja ġie assenjat mal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore. Aktar tard fis-sena 451w.k., meta l-belt ta’ Ġerusalemm ġiet mgħollija għal ġieħ ta’ patrijarkat, ġiet assenjata lilha l-bażilika ta’ San Lorenzo Fuori Le Mura. B’hekk dawn it-tempji bdew jissejħu Bażilċi Patrijarkali. Illum il-ġurnata dan il-patrijarkat hu biss parti mill-istorja, u ma baqagħlu l-ebda funzjoni. Fi ħdan il-Knisja Katttolika hemm tliet tempji oħra li jissejħu Bażiliċi Patrijarkali minħabba l-importanza tagħhom. Dawn huma l-Bażilika ta’ San Franġisk f’Assisi, u dik qrib tagħha l-Bażilika ta’ Santa Maria Degli Angeli, kif ukoll dik ta’ San Marco ġewwa Venezja. Fis-sena 2006 tħabbar li l-Papa Benedittu XVI kien irrinunzja t-titlu tiegħu ta’ Patrijarka tal-Punent, filwaqt li fil-11 ta’ Diċembru 2006, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fis-Sala Stampa tas-Santa Sede, l-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Paolo Fuori Le Mura, il-Kardinal Andrea Cordero Lanza di Montezemolo ħabbar li minn dak inhar il quddiem il-Bażiliċi Patrijarkali ma kinux ser jibqgħu jissejħu aktar hekk. Minflok dawn bdew jissejħu bl-isem il-ġdid tagħhom, dak ta’ Bażiliċi Papali, jew aħjar Bażiliċi tal-Papa.
IL-FESTI TAL-ĠUBLEW Matul is-sekli l-Knisja għażlet diversi snin ta’ maħfra u grazzji speċjali. Snin li fihom jiġu ċċelebrati l-festi tal-Ġublew, festi li fihom l-aktar Bażiliċi importanti ta’ Ruma għandhom sehem kbir. Pero’ kif bdew dawn il-festi? Għaliex huma daqshekk partikulari? Fil-festi tal-Ġublew, il-Knisja Kattolika tagħti lill-insara l-kisba tar-rebħ ta’ l-Indulġenza Plenarja, grazzja speċjali ta’ maħfra tal-piena taż-żmien mistħoqqa bi-tpattija għad-dnubiet. L-ewwel festi tal-Ġublew saru fis-sena 1300 mill-Papa Bonifaċju VIII.(1294-1305). F’dawn il-festi kienet ingħatat maħfra universali. Kien ġie stabbilit li biex setgħet tinkiseb din il-maħfra, in-nisrani kellu jżur il-Bażiliċi Apostoliċi ta’ San Pietru fil-Vatikan u dik ta’ San Pawl fi Triq Ostiense għal mhux inqas minn tletin darba. Din id-direttiva kienet tgħodd għal dawk li kienu joqogħdu fil-belt ta’ Ruma. Il-pellegrini li jiġu minn barra l-belt kienu obbligati li jżuru dawn it-tempji għal ħmistax-il darba biss. Fil-festi tal-Ġublew ta’ wara li kien sar fis-sena 1350, il-Bażiliċi stabbiliti li n-nisrani seta` jżur biex jikseb il-maħfra tal-piena taż-żmien, kienu tlieta. Flimkien ma’ l-ewwel bażiliċi żdiedet dik ta’San Ġwann fil-Lateran. Mill-festi tal-Ġublew ta’ wara li saru fis-sena 1390, sa l-aħħar festi tal-Ġublew tas-sena 2000, il-Bażiliċi Ġubilari dejjem ġew stabbiliti għal erbgħa, biż-żjieda tal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore fis-sena 1390. Ta’ interess partikulari huwa l-Bieb Imqaddes li kull waħda minn dawn il-Bażiliċi għandhom u li n-nisrani hu mistieden biex matul dawn il-festi jgħaddi minnu biex b’mod simboliku juri l-indiema tiegħu ta’ dnubietu. Il-bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru, jiftaħ il-festi ta’ kull Ġublew. Dan jiġi miftuħ f’ċerimonja solenni mill-Papa nnifsu. Fit-tmiem, il-bieb ta’ kull Bażilika jerġa’ jingħalaq mill-ġdid, u jinżamm magħluq sal-ġublew ta’ wara. Ta’ min jgħid li l-ewwel darba li saret din iċ-ċerimonja kien fil-festi tal-Ġublew tas-sena 1500, mill-Papa Alessandru VI.(1492-1503). Dawn il-festi isiru kull ħamsa u għoxrin sena, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Papa.
KATEGORIJI TA’ BAŻILIĊI: IL-BAŻILIĊI MAĠĠURI Il-Bażiliċi Maġġuri huma meqjusa bħala l-aktar tempji ta’ importanza fi ħdan il-Knisja Kattolika. Is-sena 1727 hija s-sena li fiha nsibu l-eqdem dokument li jagħmel referenza għalihom. Kien żmien li l-Bażiliċi ta’ San Ġwann fil-Lateran, San Pietru fil-Vatikan, il-Bażilika ta’ San Pawl fi Triq Ostiense, il-Bażilika ta’ Santa Maria ad Neves, kif ukoll dik ta’ San Lorenzo Fuori Le Mura kienu lkoll qed jiġu meqjusa bħala aktar distinti mill-knejjes l-oħra. Dan għaliex huma fost l-ewwel knejjes li twaqqfu, kif ukoll minħabba l-importanza tal-post u r-raġuni li għalihom inbnew. Kien żmien li kienu qed jitqiesu bħala knejjes Maġġuri minn fost numru ta’ knejjes oħra msejħa Bażiliċi kif ukoll oħrajn li kienu jissejħu Kolleġġjati fil-belt ta’ Ruma. F’dan iż-żmien li qed insemmu, il-knejjes Bażiliċi kif nafuhom illum kienu għadhom ma bdewx jitwaqqfu. Il-Bażiliċi Maġġuri jappartjenu lkoll lill-Papa. Fost il-privileġġi li dawn il-Bażiliċi jgawdu nsibu l-artal maġġur li fuqu jista` jqaddes biss il-Papa. Fl-assenza tiegħu jinħatar delegat minnu. Il-Bażilika ta’San Lorenzo Fuori Le Mura għalkemm fil-passat ġie li tqieset li hi waħda mill-Bażiliċi Maġġuri, u għalkemm hija waħda importanti, illum il-ġurnata m’hijiex waħda mill-erba` Bażiliċi Maġġuri stabiliti. Il-Bażiliċi Maġġuri lkoll għandhom sehem specjali fil-festi tal-Ġublew, u huma biss għandhom dak li huwa magħruf bħala l-Bieb Imqaddes li jinfetaħ biss f’dawn il-festi speċjali. Il-Papa hu rappreżentat f’kull Bażilika permezz ta’ Kardinal maħtur minnu li għandu l-uffiċċju ta’ Arċipriet ta’kull Bażilika. Id-dedikazjoni ta’ kull Bażilika huwa l-aktar jum importanti li jiġi ċċelebrat fil-kalendarju liturġiku. Fid-9 ta’Novembru tiġi ċċelebrata dik ta’ San Ġwann fil-Lateran, li fi ħdan l-artal Papali tagħha nsibu kkonservat artal ieħor tal-injam attribwit lill-ewwel papiet minn San Pietru (64 w.K.) sal-Papa San Silvestru (314-335 w.K.) li fuqu kienu jiċċelebraw is-sagrifiċċju tal-quddiesa. It-18 ta’Novembru huwa l-jum tad-dedikazjoni tal-Bażiliċi ta’San Pietru fil-Vatikan u dik ta’ San Pawl fi Triq Ostiense. Huwa jum li flimkien mal-festa titulari tagħhom, dik tad-29 ta’ Ġunju jiġu ċċelebrati b’qima kbira. Aktar u aktar meta nafu li taħt l-artal papali ta’ kull Bażilika hemm midfuna l-fundaturi tal-Knisja. Il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore tfakkar il-festa tad-dedikazzjoni kif ukoll il-festa titulari tagħha fil-5 ta’ Awissu b’rabta mal-miraklu tas-silġ li kien xhud tiegħu l-Papa Liberju. Ta’ interess f’din il-Bażilika nsibu li fil-kripta taħt l-artal papali hemm dawk li huma meqjusa bħala l-fdalijiet tal-maxtura tal-Bambin Ġesu’. L-Insinja ta’ kull Bażilika huwa s-simbolu li juri d-dinjita` u l-awtorita`. Għalhekk il-Bażiliċi Maġġuri jagħmlu użu mill-Qanpiena magħrufa bħala t-Tintinnablu bħal Bażiliċi Minuri. Jagħmlu użu ukoll mill-Umbrellun magħmul mill-bellus aħmar irrakkmat bid-deheb, differrenti minn dak użat mill-Bażiliċi Minuri li juri r-rabta diretta li kull Bażilika għandha mal-Papa. L-ArċiBażilika ta’ San Ġwann fil-Lateran għandha l-privileġġ uniku ta’ l-użu ta’ żewġ umbrelluni tal-bellus aħmar. Il-Bażilċi Maġġuri l-oħra jagħmlu użu minn umbrellun wieħed. Bażiliċi Affiljati Sa qabel ma bdew jitwaqqfu l-Bażiliċi kif nafuhom illum, wara li ġew stabiliti fis-sena 1783, kienet xi ħaġa komuni li t-titlu ta’ Bażilika jingħata permezz ta’ Affiljazjoni ma’ xi waħda mill-Bażiliċi Maġġuri. Użanża li llum spiċċat u minflok din inbidlet ma’ waħda spiritwali. Permezz ta’ Affiljazzjoni Spiritwali, knisja ma tiksibx it-titlu ta’ Bażilika kif kien isir fl-antik, iżda tikseb l-istess Indulġenzi li jgawdu l-Bażiliċi Maġġuri. Grazzji Spiritwali Minħabba l-importanza tagħhom, il-Bażiliċi Maġġuri ġew imżejna bir-rebħ tal-Indulġenzi: grazzji speċjali mogħtija lilhom mill-Papiet. Grazzji li jistgħu jiġu akkwistati mill-insara minn dawn it-tempji, f’okkażjonijiet speċjali. Mal-medda tas-snin diversi knejjes ġew Affiljati Spiritwalment ma’ xi waħda mil-Bażilċi Maġġuri. B’hekk dawn bdew igawdu mill-istess sehem ta’ dawn l-akkwisti spiritwali.
IL-BAŻILIĊI PONTIFIĊJI Għalkemm huma knejjes ta’ ċerta importanza, u huma taħt il-ħarsien tal-Papa, dawn il-Bażiliċi m’humiex bħal dawk Maġġuri. Huma knejjes Bażiliċi Minuri bid-differenza li jissejħu Bażiliċi Pontifiċji, peress li huma amministrati mill-Kurja Rumana f’isem il-Papa. Il-Papa fil-fatt huwa rappreżentat f’kull Bażilika mid-Delegat Pontifiċju fil-kariga ta’Isqof jew Kardinal li jkun maħtur minnu. Il-Bażiliċi Pontifiċji huma biss ħamsa. Dawn huma: il-Bażilika Pontifiċja ta’ Sant Antnin ta’ Padova, il-Bażilika Pontifiċja ta’ San Nikola ta’Bari, il-Bażilika Pontifiċja tal-Madonna ta’ Loretu, l-Bażilika Pontifiċja tal-Madonna ta’ Pompej, kollha fl-Italja. Ma’ dawn hemm ukoll il-Bażilika Pontifiċja ta’ San Mikiel f’Madrid fi Spanja. Ilkoll huma knejjes ta’devozjoni u ċentri ta’ pellegrinaġġi marbuta mal-Madonna u l-qaddis patrun tagħhom, u għalhekk bir-raġun jixraq li jkollhom dak l-isem partikulari u jissejħu Bażiliċi Pontifiċji.
IL-BAŻILĊI IMMEMORJALI. Fil-familja kbira ta’ knejjes Bażiliċi, insibu numru minnhom li kisbu dan il-ġieħ qabel is-sena 1783, meta kienet twaqqfet l-ewwel Bażilika permezz ta’digriet maħruġ mill-Papa. Allura wieħed jistaqsi kif kienu ġew stabiliti dawn il-Bażiliċi qabel din is-sena? Bla dubju ta’ xejn dawn il-knejjes huma fost l-ewwel knejjes tal-Kristjaneżmu li twaqqfu, u għalhekk kienu jissejħu hekk. Ilkoll b’xi mod jew ieħor twaqqfu f’xi post tant għażiż għall-insara. Fis-sena 1917 il-liġi Kanonika (il-liġi tal-Knisja) stabbiliet li dawn il-knejjes, flimkien ma’ dawk il-knejjes Kolleġġjati fil-belt ta’ Ruma li kienu jitqiesu bħala Bażiliċi Minuri u li kienu l-mudell li fuqhom kellhom jitwaqqfu l-ewwel Bażiliċi kif nafuhom illum, kellhom bi dritt iżommu dan il-ġieħ. Ġieħ li kisbu mijiet ta’ snin ilu, skond id-drawwa u minħabba l-importanza tagħhom. Għalhekk dawn bdew jissejħu Bażiliċi Immemorjali. In-numru ta’ dawn il-bażiliċi huwa ta’ mija u tnejn u għoxrin, u huma mifruxa fil-belt ta’ Ruma, oħrajn fl-Italja, fi Spanja, fil-Portugall, fil-Polonja u fl-Art Imqaddsa.
IL-BAŻILIĊI MINURI Bla dubju ta’ xejn, il-Bażiliċi Minuri huma l-aktar komuni u ċertament magħrufa minn kulhadd. Imma minn fejn tnisslu u kif żviluppaw Il-Festi Speċjali ta’ kull Bażilika: Kull Bażilika hija marbuta mal-Papa. Hija tempju marbut mal-fundaturi tal-Knisja, l-Appostli San Pietru u San Pawl. Biex tesprimi din r-rabta, kull knisja Bażilika ta’ kull sena hi obligata li tiċċelebra dawn il-festi li ġejjin: I) Il-Festa tal-Kattedra ta’ San Pietru – fit-22 ta’ Frar. L-Indulġenzi Plenarji: Meta jżur u jitlob fi knisja Bażilika in-nisrani jista’ jirbaħ din il-grazzja spiritwali. Grazzja ta’ maħfra tal-piena taż-żmien għad-dnubiet mejta diġa maħfura, u ukoll għal dawk venjali. Il-kundizzjonijiet mitluba biex tkun tista` tinkiseb din il-grazzja huma: qrara sagramentali, tqarbina, talba skond il-fehma tal-Papa, kif ukoll iċ-ċaħda minn kull rabta tad-dnub. Il-jiem li fihom tista tinkiseb l-Indulġenza fi knisja Bażilika huma: I) Ta’ kull sena f’jum il-Konsagrazzjoni – Bażilika Nadurija 12 ta’ Mejju.
L-Insinja L-Insinji tal-Bażiliċi Minuri huma simili għal dawk tal-Bażiliċi Maġġuri. Kull Bażilika Minuri tista` tagħmel użu mit-Tintinnablu (il-qanpiena) kif ukoll mill-Umbrellun bil-kuluri isfar u aħmar li jissimbolizzaw ir-rabta mal-Papa. Fl-antik dawn iż-żewġ simboli kienu jakkompanjaw lil Papa meta kien jivvjaġġa b’mod speċjali fit-toroq ta’ Ruma. Ma’ dawn is-simboli kull knisja Bażilika hi obligata li tpoġġi f’post prominenti “ċ-Ċwievet ta’ San Pietru” li jissimboliżżaw is-setgħa mogħtija lill-Papa. Setgħa li ta Ġesu Kristu stess lill-ewwel Papa San Pietru, meta qallu: “ U Jiena ngħidlek, li inti Pietru u fuq din il-blata nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. U lilek nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet; u dak li torbot fuq l-art, ikun marbut fis-smewwiet; u dak li tħoll fl-art, ikun maħlul fis-smewwiet” ( Mt.16; 18-19 ).
STATISTIKA U wara din il-ħarsa ta’ kif żviluppaw il-knejjes Bażiliċi, il-mistoqsija tiġi weħidha: Kemm huwa n-numru tal-knejjes li għandhom dan il-ġieħ? Madwar id-dinja kollha n-numru ta’ knejjes Bażiliċi huwa ta’ madwar 1500. Numru li jinbidel kontinwament minħabba t-twaqqif ta’ oħrajn ġodda. Jitqarraq min jaħseb li t-twaqqif tal-Bażiliċi kien komuni fl-antik u llum m’għadux. Anzi, l-aktar sena li fiha twaqqfu Bażiliċi ġodda kienet is-sena 1998. Sena li fiha twaqqfu 32 waħda. Wara tiġi dik ta’ warajha, l-1999, li fiħa twaqqfu 30 Bażilika ġdida. Is-sena 1991 kienet it-tielet l-aktar sena b’29 Bażilika ġdida. F’kelma waħda s-snin disgħin kienu l-aktar għaxar snin li fihom twaqqfu Bażiliċi ġodda, 180 b’kollox. Wara dawn jiġu s-snin ħamsin li fihom twaqqfu 163 Bażilika ġdida u wara s-snin sittin, b’161 Bażilika li minnhom il-Bażilika Nadurija tagħmel parti.
DIN HI L-BAŻILIKA!
Ritratt: Is-Salib tal-Bazilika jitpogga fuq il-knija Viva l-Bażilika Nadurija, Viva d-Dar Irjali ta’ Pietru u Pawlu. TALBA
Amen. Mons Isqof Nikol Ġ. Cauchi
MILL-QALB NIFTAKRU U NGĦIDU GRAZZI LIN-NADURIN KOLLHA, KEMM DAWK LI ĦALLEWNA KIF UKOLL DAWK LI GĦADHOM FOSTNA LI TANT ĦADMU GĦALL- AKKWIST TA’ DAN IL-ĠIEĦ Bażiliċi imwaqqfa wara s-sena 1783: Bażiliċi Affiljati mal-Bażiliċi Maġġuri Affiljazjonijiet Spiritwali
Referenzi: Digrieti Uffiċjali tal-Vatikan – Lucerina 1836, Domus Dei 1968 u Domus Ecclesiae 1989. Ħajr: Congregazione per il Culto Divino e la Disciplina dei Sacramenti – Belt tal-Vatikan. Hajr ukoll lill Anton Said ta' l-artiklu u tal-ritratti. |